top of page

Devozzjoni Karmelitana

Tħabrik tal-Ewwel Patrijiet

Sa minn meta ġew il-Karmelitani f’Malta fl-1418 il-ħsieb tagħhom kien li jferrxu mal-Gżira kollha d-devozzjoni u l-imħabba lejn il-Madonna tal-Karmnu.  Għalhekk bħala ambaxxaturi tal-Madonna huma ta’ spiss kienu jmorru f’irħula u bliet jipprietkaw fuq din id-devozzjoni il-ġdida, u fuq il-Labtu Imqaddes. Dan kien il-bidu tad-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu f’ Malta.

Il-Kavallieri ta’ San Ġwann

Hemm rabta sħiħa bejn id-devozzjoni Karmelitana u l-Ordni ta’ San Ġwann. Dan ġara għaliex skond l-istorja, kien religjuż Karmelitan (Fra Gerardu)  li waqqaf l-Ordni ta’ San Ġwann, bl-iskop li jipproteġi l-pellegrini li kienu jmorru jżuru l-Art Imqaddsa. Xhieda ta’ din ir-rabta huma il-bosta rigali u kontribuzzjonijiet li Kavallieri mill-Ordni ta’ San Ġwann dejjem taw biex tkompli tiżżejjen din il-knisja u titkattar id-devozzjoni Karmelitana. Infatti l-art li fuqha huwa mibni il-Kunvent kif ukoll il-knisja tal-Karmnu, kienet ngħatat b’xejn mill-Gran Mastru Pietro del Monte.

Uħud mill-kappelluni tal-knisja l-antika kienu mibnija kif ukoll imżejna minn Kavallieri u familji tagħhom. Eżempju ta’ dan kienet il-Kappella tal-Lunzjata li kienet tappartjeni lill-familja Cagliola u il-Kappella tal-Madonna ta “De Itria” li kienet tagħha taht il-patronat tal-familja nobbli De Alborante. Barra minn hekk l-Kappella tal-Madonna tal-Pilar li wara ġiet iddedikata lil Santa Tereża u lil San Rafel Arkanġlu, kienu jieħdu ħsiebha l-Kavallieri Kastiljani tal-Ordni ta’ San Ġwann.

Il-Kavallieiri ta’ San Ġwann f’bosta okkażjonijiet taw  kontribuzzjonijiet, sew fil-bini tal-knisja u l-kunvent kif ukoll meta s-saqaf tal-Knisja fis-sena 1693 sar ġdid.  Filfatt fis-sena 1693, Fra Melchiorre Alvero Pinto kien ħallas għall-ispejjeż biex jinbidel il-kor u jsiru mill-ġdid żewġ statwi tal-ġebel ta Sant’ Elija u Sant’ Eliżew u li illum jinsabu fil-kuritur tal-kunvent.

Id-Devozzjoni Karmelitana fi Zmienna

Il-festa tal-Madonna tal-Karmnu hija xiehda tad-devozzjoni Karmelitana anke fi żmienna. Barra il-festa li ssir fil-Belt nhar is-16 ta’ Lulju, matul ix-xahar ta’ Lulju kollu f’bosta lokalitajiet madwar Malta jsiru festi oħra ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu foshom fl-Imdina, iż-Żurrieq, il-Gżira, il-Balluta u l-Fgura.  Barra minn hekk kważi f’kull parroċċa wieħed isib artal iddedikat lill-Madonna tal-Karmnu u bosta knejjes jorganizzaw ukoll s-Seba’ Erbgħat tal-Udjenzi ezattament wara l-Għid.

IKKUNTATJANA

Qed tfittex aktar informazzjoni? Għamel kuntatt magħna permezz tal-mezzi t’hawn taħt.

Segwi l-Vjaġġ Tagħna

Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu

Għal aktar minn seklu, din il-festa għaqqdet il-komunità b’kultant dedikat għall-Madonna tal-Karmnu. Kompli żur is-sit tagħna biex tiskopri l-istorja, ir-ritwali, u t-tradizzjonijiet uniċi tagħna.

  • Facebook

Esplora

  • Il-Knisja l-Antika

  • Il-Knisja l-Ġdida

  • 15 ta’ Lulju, 1881

  • Ħanut Online

© 2025 by DDB Group

bottom of page